Els hija Host ġewwa Ruma li laqgħet refuġjat permezz ta' Airbnb.org.

Għinna nsibu post fejn jistgħu joqogħdu 100,000 refuġjat mill-Ukrajna

Offri postijiet fejn toqgħod bla ħlas jew bi prezz imraħħas permezz ta' Airbnb.org jew agħtina donazzjoni biex tgħinna ngħinu iktar nies.

L-għajnuna tiegħek tagħmel differenza

Airbnb.org qed tagħmel tajjeb għal akkomodazzjoni temporanja għal 100,000 persuna li qed iħallu l-Ukrajna. Aħna ngħinu lir-refuġjati kollha, ikunu xi jkunu n-nazzjonalità, ir-razza, l-etniċità jew il-ġeneru tagħhom.

Tista' tgħin billi toffri post fejn toqgħod bla ħlas jew bi prezz imraħħas permezz ta' Airbnb.org jew billi tagħti donazzjoni biex tagħmel tajjeb għal daż-żjarat.

Linda, Host ġewwa Dallas, laqgħet ir-refuġjati permezz ta' Airbnb.org.

Offri post fejn toqgħod

Ibda ilqa' n-nies bla ħlas jew bi prezz imraħħas.

Kif tilqa' n-nies

  • Nitolbuk toffri sodda komda u l-kumditajiet bażiċi għal żjarat ta' bejn ftit jiem sa żjarat ta' ftit ġimgħat. Sir af iktar dwar kif tilqa' r-refuġjati
  • Airbnb.org imsieħba ma' għaqdiet mingħajr skop ta' qligħ li, bħala parti mill-ħidma tagħhom, jiċċekkjaw l-eliġibbiltà tar-refuġjati u jgħinuhom qabel, waqt u wara ż-żjarat tagħhom.
  • Airbnb toffri AirCover lill-Hosts: $1 miljun USD f'assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili, $3 mijun USD f'ħarsien kontra l-ħsara u iktar—bla ħlas għall-Hosts. Hemm ċerti limitazzjonijiet u esklużjonijiet.
Fode huwa refuġjat li permezz ta' Airbnb.org intlaqa' minn Host ġewwa l-Italja.

Kull donazzjoni tgħinna noffru post fejn toqgħod ta' emerġenza għal dawk li qed jaħarbu mill-Ukrajna u għal nies milquta minn xi kriżi oħra.

Kif jaħdmu d-donazzjonijiet

  • 100% tad-donazzjoni tiegħek se tintuża biex tinstab akkomodazzjoni għal żmien qasir għan-nies fil-bżonn.
  • Iż-żjarat għan-nies fil-bżonn li jagħmlu parti mill-programm tagħna huma kollha bla ħlas.
  • Id-donazzjonijiet jistgħu jitnaqqsu mit-taxxa sal-limiti tal-liġijiet fiskali tal-post fejn tinsab.
Josue jilqa' n-nies li jkunu qed jaħarbu minn kull xorta ta' diżastri permezz ta' Airbnb.org.

Teħtieġ l-għajnuna?

Bħalissa ma nistgħux noffru l-postijiet fejn toqgħod lir-refuġjati direttament. Airbnb.org imsieħba ma' għaqdiet mingħajr skop ta' qligħ li jieħdu ħsieb jibbukkjaw u jorganizzaw iż-żjarat għal dar-refuġjati.

X'jagħmlu l-imsieħba mingħajr skop ta' qligħ tagħna

L-imsieħba mingħajr skop ta' qligħ tagħna li qed jgħinuna nilqgħu lir-refuġjati. Dal-għaqdiet jgħinu lin-nies fil-bżonn isibu post fejn joqogħdu u ħafna iktar. It-talbiet għas-sħubija mingħand l-għaqdiet mingħajr skop ta' qligħ jitqiesu biss jekk dawn ikunu ġew mistiedna jressqu t-talba tagħhom.

X'tagħmel Airbnb.org

Airbnb.org toffri t-teknoloġija tagħha flimkien ma' għotjiet biex ngħinu lill-imsieħba mingħajr skop ta' qligħ tagħna li qed isibu postijiet temporanji fejn jistgħu joqogħdu n-nies li qed jgħinu.

L-imsieħba tagħna

  • HIAS
  • L-Għaqda Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM)

Kif Airbnb tagħti sehemha

Tgħin lill-Hosts

Airbnb toffri AirCover lill-Hosts: $1 miljun USD f'assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili, $3 mijun USD f'ħarsien kontra l-ħsara u iktar—bla ħlas għall-Hosts. Hemm ċerti limitazzjonijiet u esklużjonijiet.

Kif niġbru l-fondi għall-postijiet fejn toqgħod

Airbnb u d-donaturi qed jagħtu l-fondi biex jagħmlu tajjeb għaż-żjarat ta' 100,000 refuġjat li kellhom iħallu l-Ukrajna.

Tneħħi t-tariffi

Airbnb mhux qed tiġbor it-tariffi mingħand il-Hosts u l-persuni li jużaw iż-żjarat maħsuba għar-refuġjati ta' Airbnb.org.